bil-kelma t-tajba

Merħba bik!

Nilqgħuk fis-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Il-Kunsill tal-Malti għandu l-għan li jadotta u jippromwovi politika u strateġija lingwistika xierqa għal pajjiżna u li jara li dawn jitwettqu u jiġu osservati f’kull qasam tal-ħajja Maltija għall-ġid u l-iżvilupp tal-ilsien nazzjonali u l-identità tal-poplu Malti. Il-Kunsill jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.