Ċertu kliem jibqa’ jintuża fil-plural biss, bħal 'ħwawar' (sg. 'ħawwara') u bħal din il-kelma 'għelejjel'. Is-singular tagħha huwa 'għalla', li (barra l-kuruna tas-serduq) tfisser 'prodott, dak li jiġi ġġenerat'. Mela 'għelejjel' tfisser:prodotti, l-uċuħ tar-raba'.
Idjoma ħarxa hija meta lil xi ħadd issejjaħlu 'għalla belha', li tfisser li huwa riżultat/prodott ta’ esperiment li ma rnexxiex. Tgħajjira iebsa ħafna, imma li spiss tintuża mingħajr l-iskop ta’ offiża.
Ħafna jaħsbuha 'alla belha', imma - apparti li m’hemmx rabta bejn alla u l-bluha - il-kelma alla (jew Alla) fil-Malti hija maskili, u allura l-aġġettiv belha ma jmurx tajjeb magħha.
Prof. Manwel Mifsud
|
<Ara l-mistoqsijiet l-oħra
|