Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Veru li 'Għarb' tfisser 'Punent'?
Il-kliem tad-direzzjonijiet jew l-irjieħ - bħal ħafna oqsma oħra - għandhom verżjoni ta’ nisel Semitiku u oħra ġejja mill-Isqalli/Taljan. Bħalma nistgħu ngħidu l-PUNENT jew l-GĦARB, hekk ukoll nistgħu nużaw il-LVANT jew ix-XERQ.
 
Anke f’dan il-każ, naraw li l-użu tal-Maltin aktarx warrab il-kelma Semitika u pprefera l-kelma Rumanza. Il-kelma l-qadima tibqa’ ssibha biss fil-kitbiet antiki bħal dawk ta’ Patri Manwel Magri u fil-Bibbja ta’ Saydon, li l-kelma Semitika kien jippreferiha dejjem.
Imma fil-ħajja l-musmar il-ġdid aktarx jaqla’ l-qadim...
 
Prof. Manwel Mifsud
<Ara l-mistoqsijiet l-oħra