Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: In-numri 4, 7 u 9 għandhom l-"għ" jew le?

In-numri erbgħa (4), sebgħa (7) u disgħa (9) għandhom l-"għ" bħala t-tielet konsonanti tal-għerq tagħhom:

4 R-B-, 7 S-B-9 D-S-

 

Billi l- ma tinstemax, biex tiktibha f’postha jaqbillek tieħu b’mudell in-numru 5 u tibni fuqu.

Meta tgħid ħamsa, ikteb bħalha erbgħa, sebgħa u disgħa.

Meta tgħid ħames, ikteb bħalha erba’, seba’ u disa’.

Meta tgħid ħamsin, ikteb bħalha erbgħin, sebgħin u disgħin.

 

Imma hemm żewġ każi fejn l- ta’ dawn in-numri ma tinkitibx:

1. Meta tgħid ħamest, u minflok erbagħt eċċ., tikteb imqassar erbat, sebat u disat.

2. Meta tgħid ħmistax, minflok erbagħtax eċċ., tikteb imqassar erbatax, sbatax u dsatax.

 

Eżempji f'kuntest:

Fl-ewwel kexxun sab erba’ [bħal ħames] kotba u xi sebgħin [bħal ħamsin] labra tar-ras; lapsijiet biss sab disgħa [bħal ħamsa].

Konna sebat [bħal ħamest, imma bla ] irġiel u xrobna żewġ grokkijiet kull wieħed: jiġu erbatax [bħal ħmistax, imma bla ].

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra