Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'ċaqliq' jew 'ċaqlieq'?

ĊAQLIQ issegwi mudelli oħrajn, bħal: TĦABRIK / ĦABRIEK

ĊAQLIQ hi l-azzjoni (nom verbali) – (suppost TĊAQLIQ, imma t-T tinxtorob fiċ-Ċ, għax ma nistgħux nippronunzjawhom separati u allura niktbu ĊAQLIQ).

ĊAQLIEQ hi min jagħmel din l-azzjoni (in-nom tal-ħaddiem) – fil-fatt, din il-forma ma tantx nużawha.

 

Eżatt bħal ĊAQLIQ għandna każ komuni ħafna:

XANDIR - l-azzjoni (minflok TXANDIR)

XANDAR - il-ħaddiem

 

Problema speċjali ta’ ĊAQLIQ / ĊAQLIEQ hi li, minħabba l-ħoss ta’ Q, iż-żewġ forom jispiċċaw jinstemgħu l-istess. L-istess jiġri fil-każ ta’ Ħ, eż. TISBIĦ (mhux tisbieħ).

Prof. Manwel Mifsud

 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra