Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Għaliex daqqa nsib "tiela'" u daqqa "tielgħa"? Jaqaw dawn varjanti u tista' tikteb liema waħda trid?

Il-forom tiela' u tielgħa; mxebba' u mxebbgħa jeżistu t-tnejn, jinstemgħu l-istess, imma ma tistax tużahom flok xulxin, għax tal-ewwel hija l-maskil u tat-tieni l-femminil.

Dawn iż-żewġ forom jiġu ppronunzjati l-istess għaliex l- tilfet leħinha u llum ma tinstemax. Għalhekk nistgħu nitfixklu fejn se nibdew inpoġġuha. Imma anke hawn nistgħu nieħdu mudell.

Jekk nieħdu kelma oħra bl-istess forma imma li għandha konsonanti oħra (ngħidu aħna l) minflok , malajr nindunaw fejn hu postha. Mela, minflok tela’ (T-L-), xeba’ (X-B-) ħalli nużaw daħal (D-Ħ-L) u l-kliem bl- nibnuh fuqu.

 

La ngħidu: Mark dieħel (għax raġel) u Anna dieħla (għax mara)
niktbu: Mark tiela’ u Anna tielgħa

U la ngħidu: Samwel imdaħħal (mask.) u Marija mdaħħla (fem.)
mela niktbu: Samwel imxebba’ u Marija mxebbgħa 

Mela fejn taqa’ l-konsonanti l niktbu minflokha l- jew .

 

Eżempji oħra:
Il-bieb wiesa’ u t-tieqa wiesgħa.
Il-qmis imtebbgħa bil-linka u l-qalziet imtebba’ biż-żift.
Is-serata mtellgħa u konkors imtella'.
It-tadama mqattgħa u l-bżaru mqatta'.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra