Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Għaliex nara kemm 'ġunġlien' u kemm 'ġulġlien'?

Il-kelma oriġinali kienet ĠOLĠOL (kif inhi fl-Għarbi) imma fil-Malti saret dik li nsejħulha dissimilazzjoni, li biha L-L nbidlu f'N-L u saret ĠONĠOL, bil-plural ĠNIEĠEL

L-istess bħal: ĠULĠLIEN > ĠUNĠLIEN.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra