Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Għaliex <kafè> bl-aċċent u <te> mingħajru?

L-aċċent (`) - mhux l-appostrofu (') - fil-Malti jintuża biss biex juri fejn jaqa' l-ħoss.

Mela l-kelma kafè tieħu l-aċċent għax dan jaqa' fuq it-tieni sillaba (ka+), imma te hija monosillabika (kelma b'sillaba waħda) u, allura, m'hemmx bżonn nuri fejn jaqa' l-aċċent għax huwa ovvju li jaqa' fuqha stess. Bħalha għandna l-kelma re, ngħidu aħna.

 

Fil-Malti nsibu aċċent wieħed biss (`). L-aċċent bil-maqlub (´), fil-Malti ma jintużax. Mela niktbu realtà (mhux realtá). Biex tikteb vokali aċċentata fil-Malti, aqleb il-Language Bar tal-kompjuter tiegħek għall-Malti (ML/MLT) u agħfas il-buttuna 'Alt Gr' + il-vokali li trid. Għal tagħrif ieħor, ara dan il-manwal (p. 3).

 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra