Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Minn fejn ġejja l-kelma 'ġiex' fi frażi bħal 'ġiex kaxxi'?

Il-kelma 'ġiex' insibuha wkoll f'xi djaletti Għarab, għax mhijiex ħlief inverżjoni (teknikament tissejjaħ metateżi) tal-kelma 'żewġ'.

Fl-Għarbi tal-Eġittu, ngħidu aħna, jgħidu 'goż' (hemmhekk il-ġ jgħiduha g). Fil-Malti jidher li żviluppat b'dan il-mod: *ġewż > *ġież > ġiex. Mhix ħaġa kbira li setgħet ġiet influwenzata mill-kelma 'xelini' li quddiemha kienet titqiegħed ta' sikwit: *ġież+xelini > ġiex xelini.

Bħalma nsibu fid-Deċiżjonijiet 1, il-kelma 'ġiex' (bl-ie) tieħu wkoll it-t marbuta 'ġixt' (mingħajr ie), ngħidu aħna: 'ġixt itfal'. Għalkemm din tismagħha ħafna, fil-kitba aktarx li tinħass inqas formali, proprju għax il-forma 'żewġ' hi meqjusa standard.

Prof. Manwel Mifsud 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra