Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Il-kitba tal-pronomi fin-negattiv tgerfixni. X'suppost nikteb "m'iniex" jew "miniex"?

F'regola 3.2.5 tad-Deċiżjonijiet 1 issib din il-lista:

sing. 1. [jiena] m’jiniex, m’iniex – m’jiena
    [jien] m’jienx – m’jien
  2. [inti] m’intix – m’inti
    [int] m’intx – m’int
  3m. [huwa] mhuwiex – mhuwa
    [hu] mhux – mhu
  3f. [hija] mhijiex – mhija
    [hi] mhix – mhi
plur. 1. [aħna] m’aħniex – m’aħna
  2. [intom] m’intomx – m’intom
  3. [huma] mhumiex – mhuma

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra