Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Għaliex Ħal Balzan mingħajr sing u Ħad-Dingli bis-sing?

Qabel isem ta’ ra“ħal” niktbu Ħal, bil-“l”. Imma f’xi każi sseħħ l-assimilazzjoni u din tinbidel skont l-ittra ta’ warajha, pereżempju Ħad-(Dingli), Ħaż-(Żebbuġ), Ħas-(Saptan).

Qed ngħidu f’xi każi u mhux “dejjem” għax imbagħad ngħidu Ħal (Safi), Ħal (Dwin), minkejja li dawn konsonanti xemxin.

Mela meta jkollna Ħal (eż. Ħal Lija; Ħal Għaxaq) ma nagħmlux sing. Is-sing nużawh biss meta Ħal tinbidel u ssir Ħad-, Ħas-, Ħaż- eċċ.

Olvin Vella

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra