Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Nara miktub: kumdita, kumdita’, kumdita`, kumdità u kumditá. Dawn kollha tajbin?

Dawn il-modi differenti (u żbaljati) fil-kitba tal-Malti joħorġu l-aktar meta niktbu bil-kompjuter.

Qabelxejn, tajjeb nagħżlu mill-ewwel bejn żewġ sinjali (l-appostrofu u l-aċċent) li jintużaw fil-kitba Maltija bi skop differenti:

  • L-appostrofu [ ] nużawh biex nuru li hemm xi ħaġa nieqsa jew imqassra, ngħidu aħna xi vokali li waqgħet (eż. f'April flok fi April) jew il-konsonanti f’tarf il-kelma (eż. reġa' minflok reġagħ). Mela l-forma kumdita hija ħażina, għax hawn m’għandna xejn nieqes jew imqassar.
  • L-aċċent [ ` ] jurina li fdik il-kelma l-qawwa tal-leħen qed taqa fuq l-aħħar sillaba (verità, kafè, Marì, bijambòtribù). B’hekk nagħmlu differenza bejn koppji jixxiebhu bħal: mara onesta mżejna bl-onestà, il-Papa (ta' Ruma) u l-papà (missier). Mela l-forma kumdita ħażina wkoll għax nieqsa mill-aċċent li jurina waqgħet il-leħen u tiġi tinqara bħal qarnita.
  • L-aċċent jinkiteb dejjem fuq il-vokali, mhux warajha, għax huwa parti mill-ħoss tal-istess vokali. Hija vokali aċċentata. Mela l-forma kumdita` mhix tajba lanqas għax hawn l-aċċent inkiteb fl-ispazju ta wara l-vokali, minflok fuqha.
  • Xi wħud, minflok l-aċċent fuq il-vokali, jiżbaljaw u jiktbu l-aċċent (jew l-appostrofu) wara l-vokali (eż. kumdita`, kumdita’ ) għax ma jafux illum kemm huwa faċli li tiktibhom sewwa bil-kompjuter.
  • Jekk qed tuża l-Word (bħall-biċċa l-kbira minna) biex tikteb, ngħidu aħna, il-kelma università kulma trid tagħmel huwa dan:

    (1) Agħżel ML mill-buttuna tal-language bar tal-kompjuter.
    (2) Wara l-ittra t agħfas flimkien AltGr u l-vokali a (li tkun trid bl-aċċent), u itlaqhom. L-ittra à toħroġ bl-aċċent fuqha kif suppost. L-istess sistema tintuża għall-vokali l-oħrajn kollha biex tikteb kliem ieħor bħal <Tal-Virtù> u <Tignè>.
  • Fil-Malti teżisti forma ta' aċċent wieħed biss - dak li nieżel lejn il-lemin [ ` ], mhux bil-maqlub ].


Għal tagħrif ieħor fuq kif tikteb il-Malti bil-kompjuter u kif tattiva l-language bar fil-Microsoft ara dan il-manwal. Jekk tuża l-Mac ara dan.

Prof. Manwel Mifsud 

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra