Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Liema l-aħjar nuża: "perċentwal" jew "persentaġġ"?

Fil-Malti nużaw żewġ forom differenti imma bl-istess tifsira: perċentwal (< Tal. percentuale) u persentaġġ (< Ingl. percentage).

Grammatikalment, jaħdmu hekk:

  • perċentwal hija nom maskili, bil-plur. -i.
    Minnha joħroġ l-aġġettiv perċentwali li huwa invarjabbli, i.e. m./f./pl. (eż. dħul/rata/numri perċentwali). Dan forsi jista' jitqies vantaġġ fuq persentaġġ, li minnha ma jitnissel l-ebda aġġettiv, u aġġettiv bħal dan huwa imprezzabbli meta tkun tittraduċi dokumenti bl-istatistika.
  • persentaġġ hija nom maskili, bil-plur. -i.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra