Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Kif inhi din li fil-Malti niktbu "ammen"?

Bil-Malti niktbu ammen, bħalma nippronunzjawha. Amen kienet tintuża minħabba l-konswetudni li ma kellha l-ebda rabta mar-realizzazzjoni fonetika (tal-ħoss) ta' lsienna. Din il-forma "lokalizzata", skont il-pronunzja, mhix biss ħaġa tal-Malti:

Fl-Ungeriż issib Ámen

Fil-Finlandiż, Aamen

Fil-Latvjan, Âmen

Fir-Rumen u t-Tork, Amin

Bil-Malti, ngħidu u niktbu: Ammen

 

Olvin Vella

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra