Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Rajt "mibegħda" miktuba. Din hekk tinkiteb?

Mibegħda hija nom verbali li għandu l-forma ta' nom mimmat (għax jibda bil-m). Mela għandu l-istess forma ta' midħla, mitħna, miżbla.

Kif qed tara, hawnhekk it-tliet konsonanti tal-għerq jaħbtu wara xulxin. IMMA, minħabba li f'dan il-każ il-konsonanti tan-nofs hija (li titlob vokali magħha, bħall-konsonanti likwidi), ġiet bżonn il-vokali tal-leħen e. Għalhekk saret: mibegħda (flok *mibgħda, li ma tistax tippronunzjaha).

Bħalha eżatt iġibu ruħhom kelmiet bħal: mikinsa (xkupa), maħanqa (ilbies li joħnoq, bħal ingravata), mixegħla. Il-pożizzjoni tan-n (f'mikinsa u maħanqa) turik li l-għ għandha tiġi WARA l-vokali.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra