Din mhix xi regola mibdula dan l-aħħar...
Sas-sena 1992 kulħadd seta' jagħżel liema jrid jikteb: egħluq jew għeluq.
Kull forma kellha raġuni ssostniha:
- Min kien jikteb egħluq kien jirraġuna li l-forma hi 12i:3 bħal ksib, knis, qbiż, u allura pprefera jitfa' l-vokali "ż-żejda" barra mill-forma, fuq quddiem (v12i:3).
- Min kien jikteb għeluq kien iħoss li aħjar jikteb bħas-singular, i.e. jibda bl-għ għax hekk tiġi eħfef għat-tagħlim (għonq/għenuq, għasfur/għasafar, għalaq/għeluq, għamel/għemil, eċċ.). Mhux biss, imma dik għalih ma kinitx vokali "żejda" imma vokali li baqgħet sħiħa mill-Għarbi għall-Malti.
Bid-deċiżjoni tar-regola li hemm fl-Aġġornament (it-tieni parti, III) tal-1992, meqjusa tajbin BISS il-forom bl-għ fuq quddiem: għeluq; għasafar; għelieqi eċċ.)
Prof. Manwel Mifsud
|