Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Liema hi l-pulita: "Jien u int" jew "int u jien"?

Aktar milli kwistjoni ta' etika din il-frażi aktarx li hi marbuta mal-konswetudni lingwistika.

L-Ingliżi jgħidu: "You and I" u l-Maltin: "Jien u int". L-ebda waħda mhi iktar 'pulita' jew 'etika' mill-oħra. Sempliċiment kwistjoni ta' mod differenti ta' kif tindirizza l-istess sitwazzjoni.

U daqskemm ikun sfurzat li Ingliż jgħid "I and you", daqshekk ieħor ma jkunx naturali Malti li jgħid "int u jien".

U marbuta magħha...

Fil-Malti tista' tuża kemm il-pronom personali l-imqassar u kemm is-sħiħ. Mela: jien, int, hu u hi huma tajbin daqs jiena, inti, huwa u hija fi kwalunkwe kuntest.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra