Il-kelmiet għads u għadis huma t-tnejn nomi verbali tal-verb għodos.
Kull verb jista' jkollu 2 nomi verbali differenti, eż. tilef: telf/telfien; ħarat: ħart/ħrit.
Daqstant ieħor għodos jista' jkollu 2 nomi verbali:
1. għads (1v23, eż. talb, telf, serq, ħart, mard);
2. għadis (1v2ii3, li fil-fatt huwa l-varjant ta' 12ii3, u li nsibuh meta 1 tkun għ - mela, qbiż, żfin, ħbit IMMA għemil, għorik, għasir).
Naturalment, iż-żewġ nomi verbali jagħtuna l-istess nomi verbali tal-unità:
1. talb/talba, telf/telfa;
2. għemil/għamla, għorik/għarka;
Mela, fil-każ tagħna - 1. għads/għadsa 2. għadis/għadsa.
U għalhekk:
għads, nv. (nv.u. għadsa)...... għadis, nv. (nv.u. għadsa)......
Prof. Manwel Mifsud
|