Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: X'niktbu: "awtomatikament" jew "awtomatikalment"?

L-aħjar mod kif tikteb dawn l-avverbji hu billi tieħu l-aġġettiv femminili tagħhom u żżid is-suffiss -ment miegħu.

Mela:

Aġġ. femm. Suffiss Avverbju
awtomatika +ment awtomatikament
mużikali +ment mużikalment
fidila +ment fedelment

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra