Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Il-plural ta' "ragħaj" huwa "ragħajja" jew "rgħajja"?

L-għerq tal-verb ragħa (he grazed) huwa R.Għ.J.

Mela hawn għandna għerq ftit anomalu, għax:
1. huwa nieqes (għandu t-tielet konsonanti dgħajfa);
2. għandu bħala t-tieni konsonanti tal-għerq.

Bħala nieqes, għandu jimxi bħal għeruq neqsin oħra: B.N.J, Q.R.J, K.R.J, GĦ.N.J.

In-Nom tal-Ħaddiem (li s-soltu jkollu dil-forma: 1v22ā3), mal-għeruq neqsin isir: 1v22vj.
Eż. bennej, qarrej, kerrej, għannej bil-plural bennejja, qarrejja, kerrejja, għannejja.

Fuq dan il-mudell, in-Nom tal-Ħaddiem ta’ R.Għ.J għandu jkun: ragħgħaj, plur. ragħgħajja. Imma l-għ ma tistax tinkiteb doppja, u minflokha niktbu waħda.
Eż. lagħgħab > laab (min jilgħab il-flus).
U bħalu: ragħgħaj > raaj (min jirgħa), u l-plur. ragħgħajja > raajja.

Mela, in-Nom tal-Ħaddiem huwa: m. ragħaj, f. ragħajja, plur. ragħajja.

Prof. Manwel Mifsud

<Ara l-mistoqsijiet l-oħra