Mistoqsija u Tweġiba

Mistoqsija: Minn fejn ġejja l-kelma 'ġiex' fi frażi bħal 'ġiex kaxxi'?
Tweġiba: Mill-kelma 'żewġ' stess...
Aqra aktar
Mistoqsija: F'kuntest reliġjuż, il-pronomi mehmużin u possessivi rrid nagħmilhom b'ittri kbar?
Tweġiba: Din drawwa antika li għoddha nqatgħet...
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kelmiet 'emigrant' u 'immigrant' l-istess?
Tweġiba: Le, 'emigrant' hu dak li jmur 'il barra mill-pajjiż u 'immigrant' dak li jidħol fil-pajjiż.
Aqra aktar
Mistoqsija: Fil-frażi 'Iva, ta!', dik it-'ta' tagħmlilha appostrofu?
Tweġiba: Le, ta!
Aqra aktar
Mistoqsija: X'niktbu: 'Alla jbierek' jew 'allajbierek'?
Tweġiba: L-ewwel waħda...
Aqra aktar
Mistoqsija: Niktbu 'bil-mod' jew 'bilmod'?
Tweġiba: Tajba biss 'bil-mod'
Aqra aktar
Mistoqsija: Qed nara miktubin il-kelmiet 'websajt' u 'onlajn'. Dawn tajbin?
Tweġiba: Le, il-kliem kompost ma niktbuhx la Maltija.
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex nara kemm 'ġunġlien' u kemm 'ġulġlien'?
Tweġiba: Bħalha: ġonġol/ġolġol
Aqra aktar
Mistoqsija: Xi tfisser il-kelma 'ħodon'?
Tweġiba: Tirreferi għal meta 'tħaddan' u tista' tkun ukoll kwantità...
Aqra aktar
Mistoqsija: Minn fejn ġejja l-kelma 'maxtura'?
Tweġiba: Mill-Isqalli 'mangiatura'.
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex <kafè> bl-aċċent u <te> mingħajru?
Tweġiba: Għax b'sillaba waħda.
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'agħtini' jew 'tini'?
Tweġiba: Iż-żewġ forom tajbin, waħda twila u l-oħra mqassra
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex drabi nużaw 'San' u drabi oħra 'Santu'?
Tweġiba: Ħafna drabi jiddependi mill-vokali u l-konsonanti fil-bidu tal-isem...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'suppost nikteb: 'bis-sħiħ' jew 'bi sħiħ'?
Tweġiba: Bis-sħiħ
Aqra aktar
Mistoqsija: L-espressjoni 'x'nambih' minn fejn hi ġejja?
Tweġiba: M'għandix x'nagħmel bih!
Aqra aktar
Mistoqsija: 'Mnejn' ġejjin: 'biex', 'fiex', 'mniex' u 'fejn'?
Tweġiba: Żvilupp interessanti ta' lsienna...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għandi dubju fuq il-mudell: 'jisirqilhom' jew 'jisraqilhom'?
Tweġiba: Skont il-grammatika, 'jisirqilhom'
Aqra aktar
Mistoqsija: X'inhu 'raj'?
Tweġiba: Tfisser 'viżjoni' u nsibuha fi frażijiet bħal 'minn rajja'
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kelmiet 'ċekċieka' u 'ċekċika' jinkitbu t-tnejn?
Tweġiba: Iva, u jfissru differenti. Ara ftit...
Aqra aktar
Mistoqsija: Qed nisma' reklam bil-kelma 'ġibniet'. Mhux 'ġbejniet' suppost ngħidu?
Tweġiba: Kelma bl-aċċent djalettali Għawdxi għal prodott Għawdxi ġenwin!
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'ċaqliq' jew 'ċaqlieq'?
Tweġiba: L-azzjoni hija 'ċaqliq'
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kelmiet 'responsabbiltà' u 'responsabilità' it-tnejn tajbin?
Tweġiba: Iva. Ipprova kun konsistenti.
Aqra aktar
Mistoqsija: X'inhi d-differenza bejn 'biegħ' u 'bigħ'?
Tweġiba: Waħda turi l-perfett u l-oħra tindika l-imperattiv
Aqra aktar
Mistoqsija: X’inhuma l-plurali ta’ 'qadd' u 'għarqub'?
Tweġiba: Il-partijiet tal-ġisem fil-Malti aktarx jintużaw fis-singular, anke meta nitkellmu fuq ħafna persuni...
Aqra aktar
Mistoqsija: Smajt il-kelma 'għelejjel'. Xi tfisser eżatt?
Tweġiba: Aktarx li smajtha mingħand bidwi. Tfisser: prodotti/uċuħ tar-raba'
Aqra aktar
Mistoqsija: Veru li 'Għarb' tfisser 'Punent'?
Tweġiba: Dażgur...
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-qawmien ta' Ġesù 'hija' jew 'huwa' l-aħbar l-iktar kbira?
Tweġiba: Imxi dejjem mas-suġġett tas-sentenza.
Aqra aktar
Mistoqsija: Ġejt f'dubju niktibx 'ma setax' jew 'ma setgħax'
Tweġiba: Ikteb: ma setax
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'ninsewk' jew 'ninsuk'?
Tweġiba: Ikteb: ninsewk
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi t-tajba: 'sgħolna' jew 'sogħlna'?
Tweġiba: Il-verb huwa 'sgħolna' u n-nom bil-pronom mehmuż jiġi 'sogħlitna'
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kelma 'bram' hi l-plural ta' 'brama' jew nom fis-singular?
Tweġiba: Propjament hija nom tat-tip
Aqra aktar
Mistoqsija: X'suppost nużaw 'straħt' jew 'striħajt'?
Tweġiba: Kwistjoni ta' żewġ pronunzji...
Aqra aktar
Mistoqsija: 'Bl-ingrossa' u 'bl-imnut' minn fejn ġejjin?
Tweġiba: Mit-Taljan...
Aqra aktar
Mistoqsija: Dilemma dwar kitbiet b'ortografija qadima
Tweġiba: Irrid nuża poeżija antika, imma...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'niktbu: 'jiggarantix' jew 'jiggarantixxix'?
Tweġiba: Tal-ewwel, imma r-riċerka tibqa' għaddejja
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-plural ta' "ragħaj" huwa "ragħajja" jew "rgħajja"?
Tweġiba: Niktbu: "ragħajja", l-istess bħal "qarrejja" u mudelli oħra.
Aqra aktar
Mistoqsija: Għandi nikteb "kontrih" jew "kontrieh"?
Tweġiba: Ikteb "kontrih", mingħajr l-ie...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'tikteb: "żbagħt" jew "żbajt"?
Tweġiba: Dawn huma 2 forom differenti
Aqra aktar
Mistoqsija: 61.3 "millimetru" jew "millimetri" xita?
Tweġiba: Ikteb "millimetru", bħalma taqraha
Aqra aktar
Mistoqsija: Qed nara "fotovoltajċi" u "fotovoltaiċi". Liema hi t-tajba?
Tweġiba: Bil-j - fotovoltajċi
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kelma "linji gwida" suppost niktibha bis-sing?
Tweġiba: Le, qed tiktibha sew
Aqra aktar
Mistoqsija: X'niktbu: "awtomatikament" jew "awtomatikalment"?
Tweġiba: Awtomatikament
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi l-pulita: "Jien u int" jew "int u jien"?
Tweġiba: L-etika jew il-konswetudni...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'għandi nuża: "intik" jew "nagħtik"?
Tweġiba: Tajbin it-tnejn...
Aqra aktar
Mistoqsija: "Jgħini" jew "jgħinni"?
Tweġiba: Bid-doppja n...
Aqra aktar
Mistoqsija: In-nom "ftehim" għandu plural?
Tweġiba: Iva, "ftehimiet"...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'inhu l-plural ta' "ktejjeb"?
Tweġiba: L-istess forma tintuża għall-plural...
Aqra aktar
Mistoqsija: In-nom "diving" hu "għads" jew "għadis"?
Tweġiba: Varjanti - tajbin it-tnejn
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kelmiet "jehdew" u "jedhew" tajbin it-tnejn?
Tweġiba: Iva, b'tifsira differenti...
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-plural ta' "ingravata" x'inhu eżatt?
Tweġiba: "ingravati" jew "ingravajjet"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi t-tajba: "ħtiġiet" jew "ħtiġijiet"?
Tweġiba: It-tnejn possibbli...
Aqra aktar
Mistoqsija: Tikteb: "uċuħ" jew "uċuh"?
Tweġiba: It-tajba hija "wċuħ"/"uċuħ"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Rajt "mibegħda" miktuba. Din hekk tinkiteb?
Tweġiba: Iva - egħ...
Aqra aktar
Mistoqsija: Veru li niktbu "ġimgħa" u "ġimagħtejn"?
Tweġiba: Iva...
Aqra aktar
Mistoqsija: "Lejlet" jew "lejliet" il-festa?
Tweġiba: Ikteb "lejlet" jew "lejlit"...
Aqra aktar
Mistoqsija: M'ilux rajt miktub "egħluq". Din tajba hekk?
Tweġiba: Le. Niktbu dejjem "għeluq"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Ġieli nara "ta' l-" u "tal-". It-tnejn tajbin?
Tweġiba: Le. Ikteb biss "tal-"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Dawn veru li t-tnejn jeżistu: "kantatha" u "kantata"?
Tweġiba: Iva u għandhom tifsira differenti...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'niktbu: "skond" jew "skont"?
Tweġiba: Niktbu "skont", bit-t...
Aqra aktar
Mistoqsija: Kif inhi din li fil-Malti niktbu "ammen"?
Tweġiba: Fil-Malti nagħmlu bħal ilsna oħra...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex niktbu "prietka" bit-t, imma mbagħad "predikatur" bid-d?
Tweġiba: Il-kliem mit-Taljan nittrattawh differenti...
Aqra aktar
Mistoqsija: "X'ħin" jew "xħin" it-tnejn tajbin?
Tweġiba: Iva, b'tifsira differenti...
Aqra aktar
Mistoqsija: Xemx "tiżreġ" jew "tisreġ"?
Tweġiba: Niktbuha bis-s - "tisreġ"...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'għandi nuża: "dulliegħa" jew "dolliegħa"?
Tweġiba: It-tnejn tajbin imma waħda użata aktar...
Aqra aktar
Mistoqsija: Ġieli nisma' "xtaqt ingħid" flok "xtaqt ngħid". Din tajba?
Tweġiba: It-tnejn jingħadu u t-tnejn tajbin...
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema l-aħjar nuża: "perċentwal" jew "persentaġġ"?
Tweġiba: Uża liema tippreferi...
Aqra aktar
Mistoqsija: Klijenti / klienti? Bijoloġiku / bioloġiku? Rijabilitazzjoni / riabilitazzjoni?
Tweġiba: It-tajbin: klijenti, bijoloġiku, imma riabilitazzjoni...
Aqra aktar
Mistoqsija: Vera li <snajja'> u <tbajja'> jinkitbu bl-appostrofu?
Tweġiba: Iva: snajja' u tbajja'...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'ngħidu: tliet tadamiet "imqattgħa" jew "imqattgħin"?
Tweġiba: It-tnejn li huma possibbli...
Aqra aktar
Mistoqsija: Qaluli nikteb "l-inka" mhux "linka". Din tajba?
Tweġiba: Niktbu "linka"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Fil-kunjomijiet nużaw ittri tal-Malti?
Tweġiba: Le. Niktbu "Buhagiar" mhux "Buħaġiar" u "Bonnici" mhux "Bonniċi"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex kliem bħal "ħsieb" u "ried" ġieli ssibu bl-ie u ġieli mingħajrha?
Tweġiba: L-ie tinbidel meta l-aċċent jimxi minn fuqha...
Aqra aktar
Mistoqsija: Smajt il-plural "tiġien". Aħna dejjem "tiġijiet" għedna. Liema hi t-tajba?
Tweġiba: It-tnejn plurali tajbin u t-tnejn jintużaw...
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema huma t-tajbin: "jaqrhom" u "jinteressha" jew "jaqrahom" u "jinteressaha"?
Tweġiba: It-tajbin huma: "jaqrahom" u "jinteressaha".
Aqra aktar
Mistoqsija: X'niktbu: "imġiba" jew "imġieba"?
Tweġiba: It-tajba hi "imġiba"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Rajt "inmur" miktuba. Din tajba?
Tweġiba: Kemm "inmur" u kemm "immur" huma tajbin...
Aqra aktar
Mistoqsija: Bil-Malti x'ngħidu: "tinfaraġ" jew "tinfaġar"?
Tweġiba: Hawn għandna dik li tissejjaħ metateżi...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'inhu l-plural ta' "mnieħer"?
Tweġiba: Il-Malti qatt ma ġie bżonnu, imma...
Aqra aktar
Mistoqsija: "Pulmun", singular jew plural?
Tweġiba: Huwa singular maskili...
Aqra aktar
Mistoqsija: Qed nara miktub: "qiegħda", "qegħda" u "qiegħdha". Kollha tajbin?
Tweġiba: It-tajba hija biss "qiegħda"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-forom imqassra huma aċċettati fil-kitba?
Tweġiba: Iva, skont il-kuntest...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'inhi l-kelma: "ilbiraħt lura" jew "ilbiraħtlula"?
Tweġiba: Niktbu "ilbiraħtlula"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Qed nisma' l-kliem "ażil" u "xelta". Dawn jintużaw fil-Malti?
Tweġiba: Il-Malti għandu żewġ kelmiet sbieħ għalihom: "kenn" u "għażla"...
Aqra aktar
Mistoqsija: X'inhu eżatt l-isem bil-Malti tal-munita Ewropea?
Tweġiba: Bil-Malti ngħidu u niktbu "ewro"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Kemm jiżen "mitqlu"?
Tweġiba: "Mitqlu" mhux piż stabbilit u m’għandux toqol fiss...
Aqra aktar
Mistoqsija: Niktbu 'tixbiha' jew 'tixbiħa', 'hejja' jew 'ħejja', 'ġieh' jew 'ġieħ'?
Tweġiba: Ikteb 'tixbiha', 'ħejja' u 'ġieħ' u kompli aqra għaliex...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex niktbu t-tikka fuq iċ-ċ? Din mhix kumplikazzjoni żejda?
Tweġiba: Żejda mhix, għax kien u għad hemm raġuni għaliha...
Aqra aktar
Mistoqsija: L-istess kelma jista' jkollha tifsira pożittiva u negattiva?
Tweġiba: Dwar: 'ħadd', 'qatt', 'ebda', 'imkien' u 'xejn'...
Aqra aktar
Mistoqsija: Issib min juża "problema kbir". Din żbaljata, hux?
Tweġiba: Mhux għalkollox, imma...
Aqra aktar
Mistoqsija: Nara miktub: kumdita, kumdita’, kumdita`, kumdità u kumditá. Dawn kollha tajbin?
Tweġiba: Le, waħda biss hi tajba: kumdità...
Aqra aktar
Mistoqsija: Il-kitba tal-pronomi fin-negattiv tgerfixni. X'suppost nikteb "m'iniex" jew "miniex"?
Tweġiba: Dawn issib lista sħiħa tagħhom fid-Deċiżjonijiet 1...
Aqra aktar
Mistoqsija: Liema hi t-tajba: "terġax timlih" jew "terġax timlieh"?
Tweġiba: It-tajba hija: "terġax timlieh", bl-ie...
Aqra aktar
Mistoqsija: Rajt miktuba l-kelma "roddhuli". La niktbu "roddu", mhux "rodduli" suppost nikteb?
Tweġiba: "roddhuli" u "rodduli" t-tnejn jeżistu, imma ma jfissrux l-istess...
Aqra aktar
Mistoqsija: In-numri 4, 7 u 9 għandhom l-"għ" jew le?
Tweġiba: It-tliet numri għandhom l-"għ", imma mhux dejjem tidher...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex daqqa nsib "tiela'" u daqqa "tielgħa"? Jaqaw dawn varjanti u tista' tikteb liema waħda trid?
Tweġiba: Assolutament le...
Aqra aktar
Mistoqsija: Wara l-kelmiet "kull" u "ebda" nużaw nom fis-singular jew fil-plural?
Tweġiba: "kull" u "ebda" (jew "l-ebda") jieħdu warajhom nom fis-singular biss...
Aqra aktar
Mistoqsija: Apparti "xjuħija" sirt nisma' wkoll "anzjanità". Dawn l-istess?
Tweġiba: Mhux eżatt. "Xjuħija" llum intrabtet aktar ma' età kbira...
Aqra aktar
Mistoqsija: Kif għandi nikteb, "għixien" jew "għajxien"?
Tweġiba: Ikteb "għajxien"...
Aqra aktar
Mistoqsija: Rajt il-kliem "l-iMqabba", "l-iMnarja", "l-iSport", u "l-iSprite". Dan miktub tajjeb?
Tweġiba: Fuq dawn hemm regola ċara...
Aqra aktar
Mistoqsija: Niktbu "fiex" jew "fhiex"?
Tweġiba: It-tajba hija biss "fiex", mingħajr h (akka)...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex daqqa nsib miktub "każ" u daqqa "kas"?
Tweġiba: "każ" u "kas" it-tnejn jeżistu, imma ma jfissrux u ma jintużawx l-istess...
Aqra aktar
Mistoqsija: Kliem bħal "disposizzjoni" u "leġislazzjoni" suppost niktbu bis-s jew biż-ż?
Tweġiba: Il-kitba t-tajba hi "dispożizzjoni" u "leġiżlattiv", biż-ż...
Aqra aktar
Mistoqsija: Fil-Malti għaliex niktbu l-għ (għajn) u l-h (akka), la m’għandhomx ħoss?
Tweġiba: Proprjament, ħoss ġieli jkollhom (qligħ, telgħu, taqtagħha)...
Aqra aktar
Mistoqsija: Għaliex Ħal Balzan mingħajr sing u Ħad-Dingli bis-sing?
Tweġiba: Qabel isem ta’ ra"ħal” niktbu Ħal, bil-l. Imma f’xi każi...
Aqra aktar