Il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż

  • Għal dawn diġà hemm ir-regola tal-1984, imma hija wiesgħa u vaga għal żminijietna. Għalhekk sikwit naraw kitbiet dwar dan is-suġġett fil-gazzetti u l-Kunsill qed jaħseb biex jaġġornaha.
  • Kif se niktbu: "mobile" jew mobile... jew mowbajlBoxing tippreferiha minn boksing... imma mbagħad niktbu ibboxja?
  • Qed nimxu sewwasew kif imxejna fil-varjanti qabel ma ppubblikajna d-Deċiżjonijiet 1, għax dal-metodu ħadem tajjeb u se nsaħħu fuqu.
  • Għalhekk ħriġna stqarrija għall-istampa u diversi reklami fil-gazzetti, biex kulħadd ikun mistieden jaħseb magħna u jikteb fehmtu.
  • Il-ktibiet ta' dawk kollha interessati fis-suġġett ġbarniehom fi ktieb apposta, li serva bħala Dokument għad-Diskussjoni u tista’ tarah minn hawnhekk.
  • Fit-12 ta’ April 2008 għamilna seminar pubbliku fuqu, li għalih attendew 'il fuq minn 300 ruħ.
  • Twaqqaf kumitat magħmul minn nies li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, u bħalissa dawn qed jiddiskutu dan il-kliem u kif għandu jinkiteb.
  • Il-Kunsill tal-Malti jrid jiżgura li ma jiddeċidix qabel ma jkun sema’ u wiżen il-fehma ta’ kull min jixtieq jikkontribwixxi, biex id-deċiżjonijiet ikunu ttieħdu minna lkoll flimkien mingħajr għaġla żejda u msejsa fuq prinċipji ċari. Deċiżjonijiet tal-Maltin kollha.
  • Għadek tista' tibagħtilna l-fehma tiegħek dwar il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż.
  • Għandek iċ-ċans tagħti l-opinjoni tiegħek: titilfux.
 

 

Il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż

Il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż

 

17 ta' Settembru 2015