Laqgħat mal-għalliema

 

  • Laqgħat mal-għalliema u l-ġenituriIl-Kunsill tal-Malti jagħti sehmu f'laqgħat u sessjonijiet għall-iżvilupp professjonali tal-għalliema tal-kinder, il-primarja u s-sekondarja fuq it-tagħlim tal-Malti u l-ortografija. Dawn isiru bi sħab mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti, is-Sur David Agius Muscat, is-Sur George Mifsud u s-Sur David Muscat.
  • F'dawn il-laqgħat jitwieġbu wkoll xi diffikultajiet li jista' jkollhom l-għalliema b'rabta mal-aħħar aġġornament li sar fl-ortografija tal-Malti fl-2008.
  • Laqgħat importanti oħra fuq l-ortografija u t-tagħlim tal-Malti jsiru mal-ġenituri tal-istudenti.
  • Bejn is-7 u d-9 ta’ Lulju 2010 sar kors volontarju ieħor ta’ aġġornament għall-għalliema tal-Malti fis-sekondarja. Dan kien approvat mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u għalih attendew 45 għalliem/a. Il-kors iffoka fuq l-użu tal-Malti fil-kompjuter u t-tagħlim tal-grammatika, l-ortografija u l-istorja tal-lingwa.
  • Il-Kumitat tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Kunsill, jagħti sehmu fil-kontenut u ż-żamma tal-blogg tal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti għall-Primarja u l-Ħiliet Bażiċi.
  • Dan il-blogg ma jinkludix biss karti tat-taħriġ u ktibiet fuq il-pedagoġija tal-ħiliet u l-oqsma tal-lingwa, imma wkoll preżentazzjonijiet li jistgħu jintużaw mat-tfal mill-ġenituri u l-għalliema. Fih ġabra kbira ta' riżorsi għat-tagħlim tal-Malti, u aħbarijiet u ċirkularijiet għall-għalliema tal-Malti u tal-Primarja.
  • Il-blogg huwa popolari ħafna mal-għalliema u l-ġenituri. L-għalliema jikkontribwixxu fih ukoll bir-riżorsi tagħhom u x-xogħlijiet tal-istudenti li jgħallmu. Tista' tidħol fih minn hawn.

 

 

19 ta' Mejju 2009