Standardizzazzjoni

Il-Kunsill huwa membru tal-Kumitat Tekniku tad-Direttorat għall-Istandardizzazzjoni tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (li kienet l-Awtorità Maltija għall-Istandards).

Dan il-Kumitat hu responsabbli mit-tifsil ta' standards tekniċi nazzjonali għall-industrija li jinbnew fuq il-prattiċi internazzjonali Ewropej.

Żewġ standards ewlenin marbuta mal-Malti u l-elettronika huma:

1. L-Istandard tat-Tifsila tat-Tastiera Maltija (MSA 100 - Keyboard allocation of graphic characters for data processing)

2. L-Istandard tal-Locale tal-Lingwa Maltija (MSA 200 - Maltese Data and Information Requirements on Information and Communication Technology)

Tagħrif ieħor fuq dawn l-istandards jista' jinkiseb jekk tiktbilna f'dan l-indirizz.

   

 

3 ta' Novembru 2009