Deċiżjonijiet 1

L-aħħar aġġornament fl-ortografija sar fl-2008. Fih ġiet deċiża forma ortografika waħda ta' kif tikteb ċertu kliem li kellu aktar minn mod wieħed kif stajt tiktbu. Bit-tneħħija ta' dawn il-varjanti komplejna nnaqqsu d-diffikultajiet tal-kitba.

Tista' tniżżel id-dokument uffiċjali bl-ispjega tal-istess deċiżjonijiet minn hawn.

Ħriġna wkoll lista alfabetika (dokument imqassar) tal-istess kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru.

Il-Kunsill tal-Malti, qabel ħa dawn id-deċiżjonijiet tant mitluba lilu u mistennija mill-għalliema, il-pubblikaturi, it-tradutturi u l-qarrejja tal-provi tal-Malti, impenja ruħu li jikkonsulta lill-istess nies u lill-pubbliku ħalli jisma' l-fehma ta' kull min kien interessat fis-suġġett. Tista' taqra fuq il-konsultazzjoni pubblika wiesgħa ta' qabel ittieħdu d-Deċiżjonijiet 1 u l-ħidma li saret eżatt wara li kienu ppubblikati, fost l-oħrajn, mal-għalliema u l-ġurnalisti minn hawn.

Ir-regoli l-oħra tal-kitba tal-Malti (it-tliet dokumenti ta' qabel dan) issibhom minn hawn. Kompli aqra fuq dan is-suġġett minn din il-paġna.

 

 Deċiżjonijiet 1

 

25 ta' Lulju 2008