Storja Tinkiteb

Kwalunkwe storja tinkiteb minn xi ħadd, f'xi waqt u f'xi post partikolari. F'dal-ktieb issib ħdax-il novella mill-Awstralja, l-Italja, Malta, il-Marokk u l-Palestina, miktubin minn kittieba differenti li jġorru bagoll personali u li lkoll jiddokumentaw realtajiet diversi miġbura minn irkejjen oħra. Minkejja d-differenzi ta' bejniethom, hemm linja li torbot ir-rakkonti, issensilhom f'kullana waħda u tistieden lill-qarrejja biex jiltaqgħu ma' diversi sitwazzjonijiet u esperjenzi umani: l-uġigħ, l-imħabba, it-tiftix ta' tweġibiet mistura, it-tama…

Storja Tinkiteb jiġbor fih novelli ta' Leila Abouzeid, Clare Azzopardi, Paul P. Borg, Lou Drofenik, Joe Friggieri, Ghassan Kanafani, Juan Mamo, Bernard Micallef, Immanuel Mifsud, Alessandro Tamburini u Trevor Zahra.

Il-ktieb kien inizjattiva tal-kumitat tal-letteratura li kellu l-Kunsill u kiseb it-tieni premju fil-kategorija "Proża Letterarja: Rumanzi u Novelli bil-Malti" fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-2007.

Ħajr ukoll lil Dr Adrian Grima u s-Sur Olvin Vella tas-sehem tagħhom fit-twettiq ta' dan il-proġett.

ISBN: 9789993270652
Paġni: 120
Piż: 170g
Qies: 20.5ċm x 13.5ċm x 1ċm 
Format: Qoxra ratba
Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin
Data tal-pubblikazzjoni: 2006
Kategorija: Novelli

  Storja Tinkiteb

 

3 ta' Novembru 2006