Kors fil-Malti għall-ġenituri u n-nanniet

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u d-Dipartiment tal-Malti tad-Direttorat tal-Edukazzjoni organizzaw kors ta’ tnax-il siegħa fuq l-ortografija tal-Malti għall-ġenituri li għandhom lil uliedhom fl-iskejjel, bil-ħsieb li jgħinuhom fix-xogħol tal-Malti. L-ewwel grupp għadu kemm temm dan il-kors nhar il-Ġimgħa, 20 ta Ġunju 2014. Dawk kollha li ġew għall-kors kienu l-ewwel li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom meta ħareġ l-avviż. B’kollox applikaw madwar mitt ġenitur u dalwaqt se nħabbru t-tieni kors.

Il-lezzjonijiet tmexxew minn Jacqueline D’Amato. Uħud minn dawn il-ġenituri tant ħadu interess li kienu jġibu xi kitbiet bil-Malti u jaqrawhom lil sħabhom tal-klassi.

Fl-aħħar lezzjoni l-ġenituri li attendew għall-kors ingħataw ċertifikat uffiċjali mill-Kunsill tal-Malti u d-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu.

 

1 ta' Awwissu 2015