L-alfabett Malti kantat

L-għalliema u l-ġenituri kienu ilhom jistaqsuna għall-alfabett Malti kantat. Bis-saħħa tal-Iskola Primarja San Franġisk ta’ Birkirkara issa għandna verżjoni sabiħa tal-alfabett tagħna kantat mill-kor tat-tfal Ilħna Ferrieħa tal-istess skola.

L-idea oriġinali tal-proġett kienet tal-Kap tal-Iskola Sr Giovannita Briffa. Il-kliem tal-kanzunetta huwa ta’ Pauline Spiteri u ta’ Sr Giovannita stess. Il-mużika kitbitha Pauline Spiteri. Il-kanzunetta ġiet irrekordjata minn Andrew Zammit f’Tone Studios, Birkirkara.

Il-filmat tal-kanzunetta sar minn Thomas Pace, id-Direttur tal-Kunsill tal-Malti, u Maria Azzopardi, għalliema fl-Iskola Primarja San Franġisk tal-Imsida.

Nistidnukom issemmgħu u tkantaw din il-kanzunetta mat-tfal iż-żgħar biex jitgħallmu l-alfabett Malti b’mod divertenti.

L-ALFABETT MALTI (ittri żgħar) 

 

L-ALFABETT MALTI (ittri kbar)

 

3 ta' Diċembru 2012