Korsijiet għall-għalliema tal-Primarja

Intemmu b'suċċess tliet korsijiet ta' aġġornament volontarju fl-ortografija tal-Malti għall-għalliema tal-Primarja. Dawk kollha li jgħallmu fl-iskejjel primarji (tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti) ġew imħeġġa jattendu għal kors ta’ aġġornament fuq bażi volontarja bl-isem L-Ortografija tal-Malti 1. L-għalliema kellhom l-opportunità jistaqsu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-kitba.

Dawn il-korsijiet kienu organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti bi sħab mad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu. Għall-korsijiet attendew madwar 50 għalliem f'kull kors. Il-kors kien jikkonsisti fi tnax-il siegħa ta' taħriġ.

 

1 ta' April 2015