Il-kliem missellef mill-Ingliż fil-Malti

 

 

Laqgħa

Il-Kunsill tal-Malti konxju mid-diffikultajiet li toħloq fi żmienna r-regola ortografika attwali tal-1984 u ddiskutiha ma' kull min kien interessat fis-suġġett u ma' min juża l-aktar il-Malti f'xogħlu. Sa ma wasal għad-deċiżjonijiet tiegħu, il-Kunsill ra li jiltaqa' u jisma' lill-għalliema tal-Malti u mhux, lill-awturi u l-pubblikaturi, lill-ġurnalisti u x-xandara, lit-tradutturi u l-qarrejja tal-provi, kif ukoll lill-pubbliku ġenerali.

Minbarra li fl-2008 ħriġna pubblikazzjoni b'ġabra ta' fehmiet differenti għad-diskussjoni u organizzajna seminar kbir ta' konsultazzjoni pubblika li għalih attendew 300 ruħ, organizzajna numru ta' laqgħat iżgħar għal setturi differenti li jużaw il-Malti f'xogħolhom.

Waħda minnhom kienet it-taħdita li saret f'Marzu 2015 maħsuba, primarjament, għall-pubblikaturi u l-awturi bi sħab mal-Akkademja tal-Malti. Stedinniehom bl-għajnuna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Mexxewha l-Prof. Albert Borg u Dr George Farrugia mill-kumitat tal-Kunsill li ħadem fuq l-aġġornament tar-regoli tal-kitba tal-kliem mill-Ingliż. Dan il-kumitat kien magħmul minn nies ġejjin mill-oqsma differenti tal-ħajja msemmija hawn fuq. Qisna li kull min juża l-Malti ta' kuljum f'xogħlu jkun mismugħ u rrappreżentat.

LaqgħaLaqgħa

Mill-ġdid bi sħab mal-Akkademja tal-Malti, għamilna laqgħa oħra għall-awturi u l-pubblikaturi xahar wara, f'April 2015, għal min ma setax jattendi għal ta' qabilha għax għalina kull kumment jiswa u niżnuh. 

 

AĠĠORNAMENT: Wara s-seminar pubbliku tas-Sibt, 18 ta' Ġunju 2016

Segwi r-rapport tal-aħbarijiet tat-TVM dwar il-Forum Nazzjonali tal-Ilsien Malti 2015.

Id-deċiżjonijiet fuq il-kitba tal-kliem missellef mill-Ingliż fil-Malti waslu biex ikunu ppubblikati. Dan huwa dak li tħabbar matul is-seminar:

 

13 ta' Novembru 2015