Korsijiet għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku

Il-Kunsill bħalissa għaddej b'kors fuq il-kitba bil-Malti għall-impjegati tal-Parlament, fuq talba tagħhom stess, bi sħab maċ-Ċentru għar-Riċerka, l-Iżvilupp u t-Taħriġ (CDRT) tal-Gvern.

Għall-kors qed jattendu 30 impjegat fuq bażi volontarja.

Barra minn hekk, fil-ġimgħat li għaddew organizzajna 3 korsijiet oħra fuq il-kitba tar-rapporti bil-Malti 'Is-Sengħa tal-Kitba fil-Ħidma Soċjali' għall-ħaddiema soċjali tal-Aġenziji Sedqa u Appoġġ, bi sħab mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS).

Tellajna wkoll kors ta' aġġornament ieħor fil-kitba tal-Malti għall-impjegati tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Sodisfatti ħafna bl-interess u bil-konkorrenza li qed ikun hemm għal dawn il-korsijiet. Impenjati li nibqgħu għaddejjin bihom. Għandna ppjanati korsijiet oħra, ewlenin fosthom għall-impjegati tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-Qorti tal-Ġustizzja, u oħrajn.

Qegħdin inkomplu naslu fil-postijiet tax-xogħol bil-kelma t-tajba, billi naġġornaw u nitkellmu mal-impjegati. Dawn huma kollha opportunitajiet tad-deheb li matulhom jiċċaraw il-ħsibijiet tagħhom u jitweġbulhom id-diffikultajiet lingwistiċi li ilhom iberrnu f'moħħhom.

 

20 ta' Novembru 2015