Tliet kotba tal-ġeografija għas-Sekondarja

Is-sensiela ‘Id-Dinja Darna’ għat-Tielet, ir-Raba’ u l-Ħames Sena tas-Sekondarja ġiet ippubblikata bl-appoġġ tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu u tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Dan il-proġett beda fl-2013 mis-Sur Edward Gilson, l-Uffiċjal Edukattiv tal-Ġeografija, u sar bi sħab mal-Kapijiet tad-Dipartiment tiegħu u mal-għalliema tal-Ġeografija. Il-Kunsill ta sehmu bl-għajnuna tal-Kumitat tat-Terminoloġija.

Kull ktieb, minbarra tagħrif ġeografiku mill-aktar interessanti, fih ukoll għadd ta’ eżerċizzji għall-istudenti u glossarju ta’ termini ġeografiċi bil-Malti mfissra. Kull terminu għandu l-ekwivalenti tiegħu bl-Ingliż. Dawn inġabru mid-Dipartiment tal-Ġeografija minn kotba differenti bil-Malti tal-ġeografija, l-ambjent urban u rurali. Wara, biex jintgħażlu l-aħjar termini, il-Kunsill waqqaf forum elettroniku apposta għad-diskussjoni u l-konsultazzjoni mal-għalliema tal-ġeografija u ma’ nies esperti fil-qasam.

Id-Dipartiment tal-Ġeografija, fi ħdan id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, fassal ukoll sett ta' riżorsi bil-Malti għat-tagħlim tal-ġeografija li jikkumplimenta din is-sensiela. Nirringrazzjaw lis-Sur Edward Gilson u lill-Kapijiet tad-Dipartiment tal-Ġeografija għall-koperazzjoni sħiħa tagħhom.

Biex tniżżel verżjoni elettronika ta' dawn il-kotba agħfas hawn: l-ewwel volumit-tieni volum u t-tielet volum.

Il-glossarju sħiħ bit-termini ġeografiċi li jintużaw fis-sensiela 'Id-Dinja Darna' ssibu fi tliet verżjonijiet:

Id-Dinja Darna

Terminoloġija

21 ta' Settembru 2018