Il-Malti għad-disinjaturi u l-ġurnalisti

Illum, biex tikteb il-Malti fil-kompjuter ma tridx tniżżel tipa (font) apposta tal-Malti. L-ittri tal-Malti (ċ, ġ, ħ, ż, à, eċċ) ikunu diġà fil-kompjuter u tista' tużahom kullimkien, mill-Word sal-Facebook. Anke fi programmi (software) tad-disinn.

Tista' tikteb bl-ittri tal-Malti wkoll minn tablet u minn smartphone għax tfasslu żewġ apps apposta - waħda għall-Android u oħra għall-iOS. Dawn tista' tniżżilhom b'xejn mill-internet.

Nirringrazzjaw lill-grupp tal-produzzjoni tal-programm Gadgets li ħadmu dan il-filmat interessanti flimkien magħna.


Maltese Fonts - Gadgets S12 EP15 from GADGETS on Vimeo.

 

26 ta' Jannar 2016