Żjara mill-Prof. John Simpson

 

Il-Kunsill tal-Malti jagħti sehmu, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, biex jinġiebu Malta kelliema internazzjonali marbuta mal-qasam tal-lingwa.

L-aħħar fost dawn il-kelliema kien il-Prof. Simpson mill-Ingilterra, li kien l-editur ewlieni tal-Oxford English Dictionary għal 20 sena, li matulhom l-OED qaleb minn fuq il-karta għall-verżjoni elettronika.

Huwa kien Malta bejn is-16 u l-20 ta’ Marzu biex jitkellem dwar l-istorja tal-OED, it-tranżizzjoni mill-karta għall-verżjoni elettronika u xi sfidi ltaqgħu magħhom waqt dan il-proċess. Minn din l-esperjenza, il-Prof. Simpson silet ukoll xi pariri fid-dawl tal-bini tad-Dizzjunarju Elettroniku Nazzjonali l-ġdid tal-Malti.

Kurżita interessanti li ħarġet waqt dawn it-taħditiet kienet il-fatt li l-OED jinkludi wkoll xi kliem ta’ nisel Malti li sar kliem Ingliż, fosthom dghaisa minn “dgħajsa” u spitchered minn “spiċċa”.

Nirringrazzjaw ukoll lill-Prof. Albert Borg, il-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Manwel Mifsud, is-Sur Olvin Vella u 'l Dr Bernard Micallef tas-sehem tagħhom f’din l-inizjattiva.

Prof. John Simpson

 

23 ta’ Marzu 2015