Premju għall-Aħjar Użu tal-Malti fix-Xandir u fl-Istampa

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, bis-saħħa tal-kumitat li waqqaf apposta, evalwa s-sottomissjonijiet finali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u għażel ir-rebbieħa tal-Premju għall-Aħjar Użu tal-Malti Mxandar u tal-Premju għall-Aħjar Użu tal-Malti Stampat.

Is-Sur Melvic Zammit jirġievi t-trofew mingħand is-Sa Leanne Ellul

Nifirħu wkoll lis-Sur Melvic Zammit (Union Print), ir-rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Użu tal-Ilsien Malti - Ġurnaliżmu Stampat (Gazzetti u Internet). It-trofew ġie ppreżentat minn Leanne Ellul, Membru tal-Bord ta’ Evalwazzjoni maħtur mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Is-Sa Graziella Ellul (xellug) tirċievi t-trofew mingħand is-Sa Rita Saliba (lemin)

Nifirħu lis-Sa Graziella Ellul (TVM) li kisbet il-Premju għall-Aħjar Użu tal-Ilsien Malti - Ġurnaliżmu Mxandar (Televiżjoni u Radju). It-trofew ġie ppreżentat minn Rita Saliba, Membru tal-Bord ta’ Evalwazzjoni maħtur mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

 

21 ta' Mejju 2016