Aktar qarrejja tal-provi tal-Malti kkwalifikati

45 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti

Dan l-aħħar, 37 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-Università ta’ Malta u x-Xhieda ta’ Għarfien (warrant) bħala qarrejja tal-provi tal-Malti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, wara li temmew b’suċċess il-ħdax-il kors f’Malta u t-tielet kors f’Għawdex.

Jekk inti wkoll tixtieq ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti, dan il-kors maqtugħ għalik. L-applikazzjonijiet għal dan il-kors ta’ Livell 5 (MQF) huma miftuħin bħalissa u jibqgħu jintlaqgħu sat-12 ta’ Jannar mis-sit tal-Università. Għal tagħrif ieħor idħol fil-paġna tal-kors jew ikteb fl-indirizz: provi-malti.arts@um.edu.mt.

L-applikazzjonijiet għall-kors li jmiss miftuħin

Jintlaqgħu mis-sit tal-Università sat-12 ta' Jannar 2018.

Għal tagħrif ieħor, idħol hawn.

Riklam tal-kors

 

28 ta’ Diċembru 2017