Seħer il-Malti

Għaliex fil-Malti għandna kemm il-kelma 'Messija' u kemm 'Kristu'?

Messija tfisser "midluk" - fil-fatt ġejja mill-istess għerq tal-kelma tagħna mesaħ (fl-Għarbi jissejjaħ: el-Masijħ "il-midluk"). Imma aħna mbagħad ħadnieha mit-Taljan Messia, u tlifna l-konnessjoni tant ċara.

Kristu hija l-istess kelma "midluk" maqluba għall-Grieg. Għalhekk ukoll ngħidu Griżma (minn Krisma), għax fiż-żewġ Griżmi ċ-ċelebrant jidlek biż-żejt.

Dak hu l-vantaġġ ta' min, bħalna, ħa minn ħafna kulturi.

Prof. Manwel Mifsud
<Ara l-kurżitajiet l-oħra