L-għanja tal-Happy Birthday hi popolari mad-dinja kollha u teżisti f’verżjonijiet differenti, b’diversi lingwi barranin.
Bil-Malti teżisti wkoll. Il-Ferħ u Awguri titkanta fuq l-istess melodija:
Ferħ u awguri f’dal-jum, għeluq sninek illum. Ferħ u awguri lil ... Ferħ u awguri f’dal-jum!
U magħha għandna wkoll l-għanja ta’ Qalbhom Tajba li titkanta fuq il-melodija tal-He’s a Jolly Good Fellow:
Għalih:
Kemm għandu qalbu tajba (x3) U bih aħna kburin.
U bih aħna kburin (x2) Kemm għandu qalbu tajba (x3) U bih aħna kburin.
Għaliha:
Kemm għandha qalbha tajba (x3) U biha aħna kburin.
U biha aħna kburin (x2) Kemm għandha qalbha tajba (x3) U biha aħna kburin.
Inħeġġukom tużaw l-għanjiet bil-Malti fl-iskola u fl-attivitajiet festivi li jkollkom.
Prof. Manwel Mifsud
|