Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għas-siti uffiċjali tal-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu u ġiet aġġornata l-aħħar fil-21 ta’ Settembru 2019.
STATUS TA’ KONFORMITÀ
Il-Ministeru huwa impenjat li jagħmel is-servizzi tiegħu online aċċessibbli għal kulħadd. Aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibbiltà tas-servizzi tagħna. Dan nagħmluh billi naddottaw l-aħjar prattiki kif ikkomunikati mill-partijiet interessati bħall-FITA u l-utenti.
PROĊESS TA’ KONFORMITÀ
Is-siti tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu mal-aħħar web browsers bħal Edge, Safari, Firefox u Chrome.
Bħala parti minn dan l-isforz, aħna nżommu mal-istandards ta’ aċċessibbiltà EN310549 u l-linji gwida WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-formoli elettroniċi tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll b’mod programmat għall-konformità mal-linji gwida tal-Livell AA tad-WCAG2.1. Is-siti tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu tajjeb u jkunu aċċessibbli meta jiġu aċċessati bi prodotti ta’ hardware u software aġġornati kif xieraq.
Barra minn hekk nirrikonoxxu li l-osservanza tal-istandards u l-linji gwida, ma tistax waħedha tiżgura li prodott huwa aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użabilità b’kollaborazzjoni mal-utenti, sabiex niġbru r-reazzjonijiet meħtieġa. Naħdmu wkoll biex nimplimentaww l-aċċessibilità għall-kanali ta’ informazzjoni li permezz ta’ pjattaformi oħra kull fejn hu possibbli, bħall-midja soċjali.
MIŻURI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ
Is-siti tagħna ma jiddependux fuq widgets tat-tipa, fonts u modifika fil-kulur. Dan għaliex funzjonalitajiet bħal dawn huma diġà integrati fil-biċċa l-kbira tal-web browsers jew huma disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins li utenti differenti huma liberi jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat, dawn l-adattamenti arbitrarji tal-utenti huma disponibbli għal ħafna mis-siti, mhux biss għal dak tal-Ministeru tagħna. Sabiex inħallu dan il-livell ta’ adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma’ dawn il-modifiki tal-utent.
Bħala parti mil-linji gwida msemmija hawn fuq, is-siti tagħna jimplimentaw il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà li ġejjin:
- Żomm ġerarkija ta’ Intestatura HTML konsistenti u tqassim ta’ informazzjoni fuq paġni tal-web differenti.
- Kontenut ta’ informazzjoni huwa organizzat f’listi HTML kull fejn applikabbli.
- L-ikona tal-mouse tinbidel meta l-pointer jitqiegħed fuq link permezz tal-funzjonalità tal-Bbrowser.
- Żid titlu tal-immaġni, alt tag u caption fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
- Immassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli.
- It-test tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utenti lejn fejn tindika l-link.
- Implimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f’tabs tal-browser ġodda.
Aħna maħniex konxji ta’ kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà fis-siti tagħna. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti hawn taħt. Jekk tinqala’ tali istanza l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni bil-għan li nidentifikaw il-kwistjoni ta’ aċċessibilità u nġibu ż-żona affettwata f’konformità.
FEEDBACK U DETTALJI TA’ KUNTATT
Nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċess fil-pront. U huwa hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultajiet fl-aċċess għs-siti tagħna, jew ikollok problemi biex tuża kwalunkwe aspett tas-sit, nixtiquk tgħarrafna
Tista’ tikkuntattjana hawn: kunsilltalmalti@gov.mt
PROĊEDURA TA’ INFURZAR
L-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tal-websajts u l-applikazzjonijiet mobbli ta’ korpi tas-settur pubbliku. F’każ li l-mistoqsija tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-ICT mhix indirizzata jew tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA billi timla l-formola tal-ilmenti.
ĦOLOQ IMPORTANTI