Qabel il-Kunsill tal-Malti
Qabel ġie stabbilit il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Akkademja tal-Malti kienet l-għaqda volontarja li rabtet isimha mal-kultivazzjoni tal-Malti għax kienet twaqqfet apposta fl-1920 biex tistandardizza l-ortografija. Fl-Akkademja, li dak iż-żmien kienet tissejjaħ l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, kien hemm l-aqwa kittieba, bħal Dun Karm, Ġużè Galea u Ġużè Muscat Azzopardi. Kien hemm ukoll l-aqwa filologi Maltin ta’ dik il-ħabta, bħal Pietru Pawl Saydon u Ninu Cremona. L-akbar biċċa xogħol li għamlet l-Akkademja, mela, kienet l-istandardizzazzjoni tal-ortografija – ħidma li l-awturi, il-pubblikaturi u l-għalliema kienu jħossu bżonnha dak iż-żmien ħalli jkun hemm sistema waħda uniformi ta’ kitba bil-Malti.
Imma x-xogħol fuq l-ortografija huwa parti żgħira mill-politika lingwistika.
Ġara wkoll li fl-1937 l-Università ta’ Malta waqqfet id-Dipartiment tal-Malti u fl-1988 l-Istitut tal-Lingwistika. Il-membri taż-żewġ entitajiet huma kkwalifikati akkademikament imma dawn ma kellhomx setgħa jfasslu l-politika lingwistika għal pajjiżna.
Maż-żmien kien hemm diversi tentattivi biex issir liġi li ssaħħaħ il-qagħda tal-ilsien Malti f’Malta. Fl-1994 twaqqaf il-Bord għall-Ilsien Malti li bis-saħħa tar-rapport tiegħu Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali (2001), li l-imħuħ ewlenin warajh kienu l-Prof. Manwel Mifsud u l-Prof. Albert Borg mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università, wasalna biex fl-2005 l-Parlament approva unanimament il-Liġi tal-Malti. Din kienet imbuttata mill-Onor. Louis Galea, li dak iż-żmien kien il-Ministru tal-Edukazzjoni. B’din il-liġi, l-Istat beda jikkontribwixxi b’mod konkret għall-ħarsien u l-iżvilupp tal-ilsien nazzjonali. Bl-istess liġi, twaqqaf ukoll il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti li huwa l-uniku korp tal-gvern responsabbli mill-iżvilupp tal-lingwa Maltija u mill-Malti bħala lsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Akkademja tal-Malti llum hi ffukata aktar fuq il-qasam letterarju tal-Malti, filwaqt li l-Kunsill tal-Malti jiddedika aktar ir-riżorsi tiegħu fuq l-aspett lingwistiku. Il-Kunsill jikkordina wkoll il-ħidma tiegħu flimkien mal-għaqdiet volontarji l-oħra tal-Malti, u dipartimenti varji fl-Università, biex jilħaq il-miri tiegħu b’risq l-ilsien nazzjonali.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Il-Kunsill tal-Malti huwa magħmul minn 15-il membru. Fosthom hemm rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Malti u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università, l-Akkademja tal-Malti, l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, il-pubblikaturi, it-tradutturi tal-istituzzjonijiet Ewropej, u l-ġurnalisti u x-xandara.
Il-Kunsill jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Bis-setgħa tal-Liġi jgawdi mill-awtonomija li tixraqlu fil-qadi ta’ dmirijietu. Jaħdem billi jiddelega x-xogħol lill-Kumitati Tekniċi tiegħu, maħtura apposta minnu, li jieħdu ħsieb l-oqsma tal-Bilingwiżmu fil-Pubbliku, it-Terminoloġija u t-Traduzzjoni, l-Edukazzjoni, ix-Xandir, ir-Riċerka Lingwistika u l-Ortografija, u l-Iżvilupp tal-Malti fl-Informatika.
Il-Kunsill huwa membru tal-Federazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Lingwa (EFNIL) li tiġbor fiha l-istituzzjonijiet tal-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ara l-ħidma ewlenija tagħna minn dan il-ktejjeb.
Il-Membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Il-membri tas-sitt terminu tal-Kunsill (2023- )
| President | Dr Olvin Vella |
| Membri | Keith Attard |
| Kirsty Azzopardi | |
| Jean-Pierre Caligari | |
| Dr Audrey Cassar | |
| Elizabeth Ebejer | |
| Prof. Ray Fabri | |
| Dr George Farrugia | |
| Carlston Grima | |
| Dr Simone Inguanez | |
| Ann Marie Schembri | |
| Victor Vella | |
| Dr Jacqueline Zammit | |
| Dr Elgar Paul Magro |
Il-membri tal-ħames terminu tal-Kunsill (2020-2022)
| President | Dr Olvin Vella |
| Membri | Jean-Pierre Caligari |
| Mauro Camilleri | |
| Prof. Ray Fabri | |
| Dr George Farrugia | |
| Dr Simone Inguanez | |
| Daniela Meli | |
| Joseph Mizzi | |
| David Muscat | |
| Dr Terence Portelli | |
| Jesmond Sharples | |
| Victor Vella | |
| Claire Zerafa | |
| Dr Helga Zahra |
Il-membri tar-raba’ terminu tal-Kunsill (2017-2020)
| President | Prof. Joe Friggieri |
| Membri | Keith Azzopardi (mill-għaqdiet tal-Malti) |
| Jean-Pierre Caligari (mill-Awtorità tax-Xandir) | |
| Mauro Camilleri (mill-qasam tal-Malti fl-iskejjel indipendenti) | |
| Prof. Antoinette Camilleri Grima (mill-qasam tat-tagħlim tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni) | |
| Charles Flores (mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin) | |
| Dr Chris Gruppetta (mill-pubblikaturi Maltin) | |
| Dr Simone Inguanez (mill-Kunsill Malti għall-Arti) | |
| Daniela Meli (mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni taċ-Ċivil) | |
| Prof. Manwel Mifsud (mill-Akkademja tal-Malti) | |
| David Muscat (mill-qasam tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni) | |
| Prof. Sergio Portelli (mid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar fl-Università) | |
| Dr Olvin Vella (mid-Dipartiment tal-Malti u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università) | |
| Claire Zerafa (mill-qasam tal-Malti fl-iskejjel tal-Knisja) | |
| Dr Joseph Chircop (osservatur mid-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea) |
Il-membri tat-tielet terminu tal-Kunsill (2013-2016)
| President | Prof. Ray Fabri |
| Viċi President | Charles Flores |
| Segretarju | Dr George Farrugia |
| Membri | David Agius Muscat |
| Prof. Albert Borg | |
| Dr Peter Grech | |
| Dr Simone Inguanez | |
| Victor Laiviera | |
| Prof. Manwel Mifsud | |
| David Muscat | |
| Dr Michael Spagnol |
Il-membri tat-tieni terminu tal-Kunsill (2009-2012)
| President | Prof. Manwel Mifsud |
| Viċi President | Dr Simone Inguanez |
| Segretarju | Dr George Farrugia |
| Membri | David Agius Muscat |
| Clare Azzopardi | |
| Dr Joseph Axiaq | |
| Prof. Albert Borg | |
| Prof. Ray Fabri | |
| Mario Schiavone | |
| Olvin Vella |
Il-membri tal-ewwel terminu tal-Kunsill (2005-2008)
| President | Prof. Manwel Mifsud |
| Viċi President | Dr Josette Attard |
| Segretarju | Dr George Farrugia |
| Membri | Prof. Albert Borg |
| Joseph P. Borg | |
| Prof. Charles Briffa | |
| Victor Cauchi | |
| Prof. Ray Fabri | |
| Prof. Joe Friggieri | |
| Dr Simone Inguanez | |
| Mario Schiavone |
