Fl-isfond tal-ħtieġa urġenti biex il-Maltin jitħejjew għax-xogħol tat-traduzzjoni fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, stieden lill-Prof. Frieda Steurs li hija l-Kap tad-Dipartiment tat-Traduzzjoni u l-Interpretar, Lessius Hogeschool, Antwerp, il-Belġju, u l-President ta’ CoTerm, il-Kummissjoni għat-Terminoloġija tal-Unjoni Olandiża tal-Lingwa.
Il-Prof. Steurs tat sensiela ta’ tliet taħditiet pubbliċi waqt iż-żjara tagħha f’Malta:
(3-6 ta’ April)
• Conceptual and Terminological Problems in Technical Translation
• Terminology Planning, Standardization and Management
• Creation and Management of a Virtual Terminology Information Centre
L-għan ta’ dawn it-taħditiet pubbliċi minn akkademiċi barranin hu biex bihom ninkoraġġixxu maturazzjoni fl-istudju dwar il-pjanifikazzjoni lingwistika.
Ħajr lill-Prof. Albert Borg, il-Prof. Ray Fabri, il-Prof. Manwel Mifsud u s-Sur Olvin Vella.